Skip to content

Ir-reverse osmosis f’Għawdex: 23.5% anqas konsum t’enerġija

November 19, 2024

Ir-reverse osmosis f’Għawdex: 23.5% anqas konsum t’enerġija

Il-Ministru għall-Enerġija, Miriam Dalli, qalet li l-ilma huwa fil-qalba tal-missjoni ta’ Malta għal reżiljenza kontra l-isfidi dejjem jiżdiedu tat-tibdil fil-klima. F’indirizz fil-COP29 f’Baku, il-Ministru Dalli qalet li peress li d-domanda fuq is-sistema tal-ilma qed tiżdied, Malta qed tkun pijuniera b’mod sostenibbli biex titjieb l-infrastruttura u s-servizzi tal-ilma. Hawnhekk, irreferiet għall-impjant ta’ reverse osmosi f’Għawdex u qalet li dan juża 23.5% inqas enerġija minn impjanti konvenzjonali. Il-Ministru Dalli qalet li dan hu rekord ġdid u prova tal-impenn ta’ Malta fil-qasam tal-klima.

Fil-COP29 saret referenza wkoll għat-titjib fl-effiċjenza tal-ilma, it-tnaqqis fit-telf tal-ilma u s-sistema li tirriċikla l-ilma permezz tan-New Water għall-agikoltura. Malta ppreżentat ukoll l-istrateġiji innovattivi għall-finanzjament, bħall-qafas ta’ green bonds ta’ €25 miljun, kif ukoll pjan biex il-pajjiż jesplora l-kunċett ta’ blue bonds għall-infrastruttura marittima. Issemmiet ukoll il-viżjoni tal-pajjiż għall-proġetti ta’ enerġija rinnovabbli offshore.

Stqarrija tal-Ministeru għall-Enerġija qalet li l-isforzi ta’ Malta ġew imfaħħra minn Gianni Chianetta, Fundatur u Chairman tal-Greening the Islands Foundation, li nnota l-avvanzi ta’ pajjiżna fit-tmexija tal-ilma u l-enerġija rinnovabbli. Irrefera fost oħrajn għall-impjant il-ġdid f’Għawdex li qal hu xhieda tad-direzzjoni pożittiva li qed tieħu Malta.

Aqra l-Artiklu kollu hawn

02 Newsletter

Join the way, and get
the latest updates.

Climate Action
Privacy Overview

This website uses cookies so that we can provide you with the best user experience possible. Cookie information is stored in your browser and performs functions such as recognising you when you return to our website and helping our team to understand which sections of the website you find most interesting and useful.