“Il-mira ta’ 1.5 gradi hija mira li ma nistgħux immorru lura minnha għax fuqha jiddependu l-ħajjiet ta’ miljuni ta’ nies,” sostniet il-Ministru għall-Ambjent, l-Enerġija u r-Riġenerazzjoni tal-Port il-Kbir Miriam Dalli waqt id-dikjarazzjoni nazzjonali ta’ Malta fil-COP29 li qed issir f’Baku.
Waqt li appellat għal azzjoni immedjata u deċiżiva, il-Ministru Dalli ħeġġet lill-pajjiżi biex jagħtu prijorità lill-bżonnijiet tal-komunitajiet vulnerabbli, waqt li jiżguraw li l-isforzi globali jkunu ambizzjużi u inklussivi.
Fil-kummenti tagħha f’isem Malta, il-Ministru Dalli spjegat miżuri speċifiċi li COP29 irid iwettaq biex jindirizza b’mod effettiv il-kriżi klimatika li qed tiżdied.